Duration 1:7

KORSIJIET TAR-ROBOTIKA B’XEJN F’GĦAWDEX

197 watched
0
0
Published 18 Jul 2020

ONE.COM.MT • Tfal Għawdxin li għandhom bejn ħames snin u erbatax–il sena se jkollhom l-opportunità jmiddu jdejhom biex jitgħallmu l-elementi li jsawru s-suġġett tar-robotika. Dawn it-tfal jistgħu jibbenefikaw minn attenzjoni massima waqt dan il-kors bla ħlas. KITBA: PEARL AGIUS FILMATI: CVC L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta tal-futur u kull tifel u tifla ħaqqhom l-opportunità u aċċess għat-tagħlim. Il-Ministeru għal Għawdex nieda korsijiet tar-robotika b’xejn għat-tfal Għawdxin li għandhom bejn ħames snin u erbatax –il sena. It-tfal se jinqasmu fi gruppi żgħar skont l-etajiet biex ikunu jistgħu jassorbu tagħlim kemm jistgħu iżda l-postijiet huma limitati. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri sostna li l-edukazzjoni tal-lum ma tkoprix biss dak li jiġri fil-klassi tradizzjonali bil-lapes u r-riga. CLINT CAMILLERI MINISTRU “Programm li ser ikun ukoll, dawk kollha li ser jieħdu sehem fih ser ikun b’xejn, iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex u propju dan sabiex naraw aktar studenti tagħna, aktar tfal tagħna li jifirxu n-knowledge tagħhom anki f’suġġetti li mhumiex konvenzjonali.” Il-Ministru ħeġġeġ lill-ġenituri tat-tfal Għawdxin sabiex jibagħtu lil uliedhom għal dan il-kors li ser jespandi l-orizzonti tagħhom. L-applikazzjonijiet huma miftuħin onlajn sat-tlieta u għoxrin ta’ Lulju u wieħed irid iħallas għaxar ewro għall-kors li ser tingħata lura fi tmiemu.

Category

Show more

Comments - 0